Fl-edizzjoni tal-lum tal-programm Follow Up se nkunu qed nanalizzaw l-aħħar żviluppi internazzjonali u lokali marbutin mal-elezzjonijiet u l-istituzzjonijiet Ewropej. Se nkunu wkoll qed niddiskutu d-diversi inizjattivi intiżi biex iħarsu, isaħħu u jippromwovu l-lingwa Maltija ma’ Mark Vella, Uffiċjal għal-Lingwa mar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropeja f’Malta. Imexxi l-programm, Jesmond Saliba.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.