Il-Ħadd li għadda, fit-track ta’ Santa Luċija, madwar 100 parteċipant ħadu sehem fir-Red Bull Wings For Life App Run f’Malta. Dawn ingħaqdu ma’ aktar minn 120,000 parteċipant minn madwar id-dinja li ħadu sehem fil-ġirja li ssir kull sena biex jinġabru l-flus għal leżjoni fis-sinsla tad-dar. Wojciech Stellmach mill-Pollakka rebaħ l-App Run f’Malta b’ħin ta’ 02:26:56 għal distanza ta’ 30.15km.

Il-Fondazzjoni Wings For Life ħadmet biex ġabret eluf ta’ persuni minn madwar id-dinja f’dan l-avveniment annwali, biex isibu kura u jqajmu kuxjenza dwar il-leżjoni tas-sinsla tad-dahar, filwaqt li taw tama ġdida lil miljuni ta’ persuni.