It-Tnejn 10 ta’ Ġunju se ssir il-preżentazzjoni tat-trabi u t-tfal quddiem l-istatwa tal-Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba, fl-okkażjoni ta’ din l-istess festa. Din iċ-ċelebrazzjoni se tibda fil-5.30pm u se tkun immexxija minn Dun Trevor Fairclough.

Kull min jixtieq jattendi għal din iċ-ċelebrazzjoni jista’ jirreġistra b’xejn fuq 99823332. Wara l-preżentazzjoni se jkun hemm quddiesa ta’ radd il-ħajr bis-sehem tat-tfal u ż-żgħażagħ tal-Parroċċa. It-tfal u t-trabi li jattendu għal din iċ-ċelebrazzjoni se jingħataw tifkira għal din l-okkażjoni.

Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jagħfas hawn.