Titjira tal-linja tal-ajru Ġermaniża Eurowings kellha tinżel Malta b’urġenza minħabba t-temp.

It-titjira EW3812 telqet mill-ajruport ta’ Hannover fil-Ġermanja, u kienet fi triqitha lejn l-ajruport ta’ Katanja fi Sqallija meta l-bdoti ddeċidew li jkun aktar għaqli li jinżlu Malta minħabba raġunijiet ta’ sigurtà, peress li dan ma ħallihomx jinżlu f’Katanja.

L-informazzjoni nxterdet fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Horizon li għandha sit li jsegwi t-titjiriet militari u ġieli anke dawk ċivili.

Il-linja tal-ajru Eurowings hija linja magħrufa għat-titjiriet irħas u s-sid tagħha huwa l-Lufthansa Group.