Il-Belt se jilagħbu kontra Balzan fil-finali tal-FA Trophy ta’ dan l-istaġun nhar is-Sibt fl-Istadju Nazzjonali. Il-logħba se tibda fil-5:00pm. Qed ikun imbassar li se tkun logħba missielta bejn it-timijiet. Din se tkun l-aħħar logħba fejn se jingħalaq l-istaġun 2018-19.

Fis-semi finali li ntlagħbu fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Balzan għelbu lil Birkirkara 3-2 f’laqgħa li kienet iebsa, filwaqt li żewġ gowls tard għall-Belt kontra Gżira United waslu fil-finali.

L-ewwel semi-finali tas-Sibt kienet wirja brillanti għal Blazan li skurjaw ħames gowls. Min-naħa tagħhom il-Belt skurjaw żewġ gowls biss kwarta bogħod minn tmiem il-logħba nhar il-Ħadd.