Jekk mhux kull sena, spiss kienu d-drabi li smajna li l-kanzunetta Maltija tista’ tirbaħ xi edizzjoni jew oħra tal-Eurovision. Illum il-ġurnata dawn il-previżjonijiet ma tantx għadna norbtu fuqhom. U bir-raġun.

Waqt li qed nisimgħu ħafna dwar kif l-aġenziji tal-bettings qed ipoġġu lil Malta bħala pajjiż li llejla se jasal għall-finali u saħansitra jiġi mal-ewwel għaxra, is-sit influwenti tal-mużika billboard.com poġġa l-kanzunetta ta’ Malta bħala waħda minn 12 li tista’ tirbaħ din l-edizzjoni tal-Eurovision Song Contest.

billboard.com

Waqt li l-artiklu jgħid li huwa diffiċċli biex wieħed jaqta’ min se jkun ir-rebbieħ f’din l-edizzjoni, dan is-sit influwenti fix-xena mużikali jagħmel lista ta’ pajjiżi li għandhom ċans jirbħu l-Eurovision 2019, u anki jagħti r-raġunijiet tiegħu il-għala qed jaħseb hekk.

Il-pajjiżi l-oħra apparti Malta li jissemmew bħala potenzjalment rebbieħa huma r-Repubblika Ċeka, Franza, l-Awstralja, ir-Russja, l-Ażerbajġan, in-Norveġja, l-Iżvizzera, l-Iżvezja, il-Maċedonja tat-Tramuntana, u n-Norveġja.

billboard.com

Illejla se naraw it-tieni semifinali u s-Sibt inkunu nafu kemm kellu raġun jew le s-sit billboard.com b’dawn il-pajjiżi li mmarka bħala potenzjalment rebbieħa tal-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest.