Id-Dipartiment tad-Dwana għamel qabda ta’ eluf ta’ żraben tal-futbol foloz.

Fi stqarrija, id-dipartiment spjega li interċetta kontejner fil-Freeport fejn kien hemm 5,370 par żarbun tal-futbol falz ta’ ditti rinomati. Dawn kienu moħbija wara konsenja ta’ 1,120 tazza tal-plastik.

Rappreżentanti legali f’Malta tal-kumpaniji rispettivi, li huma propjetarji tal-marki reġistrati, ikkonfermaw li ż-żraben huma illegali. Ikkonfermaw ukoll li din l-importazzjoni tmur kontra id-dritt tal-projetà intellettwali.

Il-kumpaniji propjetarji tal-marki reġistrati mistennija jippreżentaw rikors fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili.