Daphne Caruana Galizia

Il-Partit Demokratiku saħaq li l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia “għadu ferita miftuħa għal pajjiżna.” Il-PD qal li dan mhux biss minħabba l-mod ta’ kif tmexxew l-affarijiet wara l- assassinju, kemm mill-Partit Laburista u kemm mill-Partit Nazzjonalista, iżda primarjament minħabba l-klima ta’ qasma politika kbira li ġiet addoddata u li għadha tiġi mxerrda.

Fi stqarrija għall-istampa, il-PD sostna li hu jemmen li klima politika f’Malta tista’ terġa’ tinħoloq, fejn għal darb’oħra tkun inkonċepibbli li ġurnalista investigattiva bħal Daphne Caruana Galizia mhux biss ma tingħatax protezzjoni, iżda tinqatel.

Il-PD qal li jemmen li jista’ jirrestawra l-kredibilità, il-kompetenza u l-libertà mill-indħil politiku fil-Liġi u fl-Ordni, kif ukoll li kapaċi jipprovdi indipendenza assoluta għas-sistema ġudizzjarja ta’ Malta, kif kien irrakkommandat mill-Kummissjoni Venezja.