Ritratt: Albert Camilleri

Michela Pace illejla se tkun qed tieħu sehem fit-tieni semifinali tal-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest. Hija se tkun qed tkanta fil-11-il pożizzjoni.

Kmieni wara nofsinhar hija se tkun qed tagħmel it-tielet u l-aħħar prova ġenerali.

Il-ġurija diġa vvuttat il-50% tal-voti tagħha u llejla jmiss il-pubbliku biex jivvota.

Il-pubbliku Malti se jkun jista’ jivvota l-kanzunetti favoriti tiegħi. Pero, bħal dejjem infakkru li ma nistgħux nivvutaw għall-kanzunetta tagħna.

B’kollox hemm 18-il kanzunetta li minnhom 10 se jgħaddu għall-finali ta’ nahr is-Sibt li ġej. B’hekk wara s-serata tal-lejla nkunu nafu min huma s-26 pajjiż finalist għas-Sibt 18 ta’ Mejju.

L-ordni tal-pajjiżi parteċipanti għas-serata tal-lejla hija kif ġej:

  1. Armenja: Srbuk – Walking Out
  2. Irlanda: Sarah McTernan –22
  3. Moldova: Anna Odobescu –Stay
  4. Żvizzera: Luca Hänni –She Got Me
  5. Latvja: Carousel –That Night
  6. Rumanija: Ester Peony –On A Sunday
  7. Danimarka: Leonora –Love Is Forever
  8. Żvezja: John Lundvik – Too Late For Love
  9. Awstrija: PÆNDA –Limits
  10. Kroazja: Roko – The Dream
  11. Malta: Michela – Chameleon
  12. Litwanja: Jurij Veklenko – Run with the Lions
  13. Russja: Sergej Lazarev – Scream
  14. Albanija: Jonida Maligi – Ktheju tokës
  15. Norveġja: Keiino – Spirit in the Sky
  16. Olanda: Dunacan Laurence – Arcade
  17. Maċedonja tat-Tramuntana – Tamara Todevska – Proud
  18. Ażerbajġan – Chingiz – Truth