Il-midfielder ta’ Chelsea Ruben Loftus-Cheek jista’ jitlef il-finali tal-Europa League wara li weġġa’ l-għaksa waqt logħba ta’ karità ġewwa l-Istati Uniti. Il-plejer ta’ 23 sena niżel mal-art u beda jżomm l-għaksa tax-xellug. Chelsea irnexxielhom jirbħu 3-0 fuq New England Revolution fil-grawnd ta’Gillette.

Loftus-Cheek skorja fit-tieni semi-finali ta’ Chelsea fl-Europa League kontra Eintracht Frankfurt u kien involut direttament f’disa’ gowls oħra fi 15-il logħba kompetittiva tiegħu ma Chelsea.