This slideshow requires JavaScript.

Raġel ta’ 33 sena li joqgħod il-Belt ġie arrestat mill-Pulizija b’rabta mal-ħruq tal-Ark trijonfali fil-Furjana. Fil-Qorti huwa qal li mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih li huma li ħaraq l-ark, bi ħsara fuq propjetà tal-Gvern, ħsara fuq diversi karozzi u akkużi oħrajn.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li wara investigazzjojnijiet bejn l-Pulizija mid-Distrett tal-Belt u l-Pulizija mid-Dipartment tal-Investigazzjonijiet Kriminali, l-Erbgħa filgħaxija ġie arrestat raġel b’konnessjoni mal-ħruq tal-Ark ta’ San Publiju fil-Furjana.

Il-Prosekuzzjoni fil-Qorti qalet li wara li analizzat mal-50 kamera tas-sigurtà fil-viċinanzi innutat raġel ta’ statura żgħira li rritorna fuq il-post darbtejn jew tliet darbiet. Ġiet innutata l-istess karozza u għalhekk ġiet analizzata l-pjanċa tagħha. Intalbu wkoll l-informazzjoni tal-mowbajl tal-akkużat.

Il-Qorti tagħtu l-libertà proviżorja b’depożitu ta’ €7,000 u garanzija personali ta’ €7,000.

AQRA UKOLL:

Filmat: “Att krudili”; Nirien jaħkmu l-Ark ta’ San Publiju fil-Furjana

L-Arċisqof b’donazzjoni biex jinbena mill-ġdid l-Ark ta’ San Publiju

Il-Gvern jagħti donazzjoni lill-Furjaniżi biex jerġgħu jibnu l-Ark ta’ San Publiju