REUTERS/Leah Millis

Il-President Amerikan Donald Trump iddikjara emerġenza nazzjonali biex jipproteġi in-networks tal-kompjuters fl-Amerika minn indħil barrani.

Huwa ffirma ordni eżekuttiva li twaqqaf kompjuters Amerikani milli użaw kumpaniji tat-telekomunikazzjoni barranin li jistgħu ipoġġu lill-pajjiż f’riskju.

Filwaqt li l-ordni ma ssemmi l-ebda operatur hija maħsuba li din hija ntiża biex twaqqaf l-operat tal-kumpanija Huawei.

Il-kumpanija Ċiniża min-naħa tagħha qalet li din l-mossa tista’ tweġġa l-iktar klijenti Amerikani u kumpaniji fl-Amerika.