Klabb tal-futbol fil-Messiku għamel ġest sabih u mhux tas-soltu. It-tim tal-irġiel ta’ Club León ħallsu l-biljetti tal-partitarji kollha li ddeċidew imorru jaraw il-logħba tat-tim tan-nisa kontra Club América. Mhux ekk biss, it-tim tal-irġiel laqgħu lit-tim tan-nisa fil-grawnd biċ-ċapċip u baqgħu jaraw il-logħba mal-partitarji.

Dan il-klabb qed jagħmel ħiltu biex logħob mill-kampjonat tan-nisa jkollhom attendenza sabiħa daqskemm ikollhom l-irġiel.