Jean Bezzina

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ ħafif wara ħabta li seħħet f’San Ġiljan.

L-inċident ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-każ seħħ fit-8am fi Triq Sant’Andrija. Il-ħabta seħħet bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 34 sena mis-Swieqi, u mutur misjuq minn raġel ta’ 40 sena mill-Kosta tal-Ivorju.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.