Il-partitarji tat-tim Taljan ta’ Roma komplew bil-protesti, din id-darba f’New York. Il-protesti nqalgħu minħabba li l-klabb ma ġeddidx il-kuntratt ta’ Daniele De Rossi li hu l-Captain tat-tim ta’ Roma fil-preżent.

Xi partitarji ta’ Roma diġà esprimew id-dispjaċir u r-rabja tagħhom lejn il-klabb dwar din id-deċiżjoni hekk kif waħħlu kartelluni f’diversi postijiet madwar Ruma u Londra fil-jiem li għaddew. Fuq dawn il-kartelluni, il-partitarji kritikaw u maqdru lill-President James Pallotta kif ukoll lill-konsulent tiegħu Franco Baldini għall-mod ta’ kif qed imexxu l-klabb.