Ċittadin min-Nicaragua jżomm bandiera ta' pajjiżi li bħalissa għaddej minn kriżipolitika kbira

Kelliem għall-Konferenza Episkopali tan-Nicaragua qal li t-taħditiet mal-Gvern ta’ Daniel Ortega jinsabu weqfin sakemm jinħelsu numru ta’ priġunieri politiċi.

L-isqof Mata Guevara ta’ Estelli qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet FIDES li l-Gvern tal-Presidnet Ortega ma wera ebda xewqa li tkun solvuta l-kriżi tal-pajjiż li issa ilha tkaxkar għal aktar minn sena. “Aħna għidna diversi drabi: li an ir-reġim m’għandux ir-rieda politika li jilħaq ftehim għall-ġid tal-pajjiż”, qall-Isqof.

Priġunieri politiċi    

Il-Knisja Kattolika qed tgħin fit-taħditiet ta’ medjazzjoni bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni u talbet ripetutament biex jinħelsu l-priġunieri politiċi. Il-President Ortega wiegħed li dawn se jinħelsu fi żmien tliet xhur u din id-data tiskadi fit-18 tax-xahar id-dieħel.

Il-mexxejja tal-Oppożizzjoni isostni li hemm aktar minn 640 persuna li qegħdin il-ħabs għal raġunijiet politiċi li ħafna minnhom kienu arrestati wara protesti kontra l-Gvern.

Minn April tas-sena li għaddiet, meta bdew il-protesti fit-toroq kontra l-gvern tal-President Daniel Ortega, il-pajjiż qed jisfaxxa.  S’issa nqatlu 325 persuna filwaqt li madwar 50,000 oħra telqu mill-pajjiż.

Taħditiet weqfin

Minkejja s-sitwazzjonifil-pajjiż il-Gvern mhux juri rieda tajba għal soluzzjoni paċifika tal-kriżi soċjo-politika. L-Isqof Guevara qal li l-‘President Ortega hu l-unika persuna responsabbli għall-kriżi i għndna fil-pajjiż”.

L-Isqof akkuża lil Ortega li qed jiġġamja l-ħidma tad-Djalogu Nazzjonali, kif inhuma t-taħditiet li kienu qed isiru. “Hu responsabbli għall-istrajks kollha li qed isiru fil-pajjiż, għall-ksur tal-libertà tal-espressjoni, li mhux qed iħalli jsiru tibdiliet fl-interess taċ-ċittadini u għas-sanzjonijiet internazzjonali li qed ikunu mposti fuq il-pajjiż”, qal l-Isqof.

Il-Viċi President tal-pajjiż, Rosario Murillo ċaħad li l-Gvern kien qed jostakola t-taħditiet dwar il-kriżi tal-pajjiż u sostna li l-Gvern qed jagħmel il-parti tiegħu madwar il-mejda tan-negozjati.

Sadattant, ir-reġim ta’ Daniel Ortega hu rappurtat li irtira r-rappreżentanti tiegħu fit-taħditiet f’dawn l-aħħar ġimgħatejn u ħassar ftehim li kellu jħaffef il-ħelsien tal-priġunieri politiċi.