Same-sex marriage supporters celebrate after Taiwan became the first place in Asia to legalize same-sex marriage, outside the Legislative Yuan in Taipei, Taiwan May 17, 2019. REUTERS/Tyrone Siu

L-awtoritajiet fit-Tajwan approvaw l-abbozz ta’ liġi dwar żwieġ ta’ koppji tal-istess sess li qed jagħmel il-gżira l-ewwel post fl-Asja li approva żwieġ omosesswali.

Il-vot ġie kważi sentejn wara li l-Qorti Kostituzzjonali tal-gżira qal li l-liġi eżistenti, li qalet li ż-żwieġ kien biss bejn mara u raġel, kienet antikostituzzjonali. Il-Qorti kienet tat il-parlament sentejn ċans sabiex jirranġa l-liġi jew idaħħal liġijiet ġodda.

Il-Ġimgħa, propju ġimgħa ‘l boqgħod miż-żmien skedat mill-Qorti, il-leġiżlaturi fit-Tajwan għaddews il-liġi dwar żwiġijiet tal-istess sess li se tidħol fis-seħħ mill-24 ta’ Mejju li ġej.

Minkejja li l-gżira partikolari għandha komunità kbira ta’ persuni omosesswali, bl-akbar parata annwali fl-Asja, is-suġġett tal-ugwaljanza fiż-żwiġijiet qasam lis-soċjetà Tajwaniża għal xi żmien. Infatti, referendum kontroversjali li sar f’Novembru li għadda wera li 67% tal-votanti rrifjutaw iż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess.