HBO

Petizzjoni li qed titlob sabiex it-tmien serje ta’ Game of Thrones jerġa’ jinħadem mill-ġdid qed iddur fuq il-midja soċjali u ġabet l-appoġġ ta’ aktar minn 735,000 sal-ħin tal-pubblikazzjoni.

Dan hekk kif is-serje li għandha tkun l-aħħar waħda għall-istorja ta’ Game of Thrones qed tirċievi barrikata ta’ kritika online. Game of Thrones huwa bbażat fuq sett ta’ kotba miktubin minn George RR Martin.

Intant, fil-petizzjoni fuq change.org, bosta qed isostnu li l-awturi tas-serje televiżiva, David Benioff u D.B. Weiss huma awturi “inkompetenti” li ma għamlux użu mill-kotba oriġinali. Tennew li s-serje jistħoqlu finali li jagħmel sens.

Inti x’jidirlek mis-serje? Għidilna fil-kummenti!