L-Istati Uniti ordnat sanzjonijiet fuq imħallef Messikan li kien ukoll eks gvernatur. Dan wara li ġie akkużat b’tixħim minn traffikanti tad-droga. Permezz tal-korruzzjoni tal-gvern, gruppi Messikani tad-droga kellhom iċ-ċans li jikbru u joperaw b’impunità.

Disa’ persuni u għaxar gruppi oħra, wkoll ingħataw sanzjonijiet għak dak li skont id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti qal li kellhom x’jaqsmu ma’ traffikar tad-droga b’konnessjoni ma’ żewġ gruppi oħra b’saħħithom f’dan il-qasam.

Dawn iż-żewġ gruppi huma dominanti u huma l-akbar bejjiegħa tad-drogi fit-toroq tal-Istati Uniti.