83% tal-votanti fl-elezzjonijiet bikrin għall-Kunsilli Lokali u 84% tal-votanti fl-elezzjonijiet bikrin tal-Parlament Ewropew.

Filwaqt li fi stqarrija mibgħura lbieraħ, il-Kummissjoni Elettorali qalet li l-votanti li vvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej kienu 10,036 minn 14,766 votanti reġistrati. Illum il-Kummissjoni bagħtet kjarifika tgħid li n-numru ta’ votanti reġistrati kien dak ta’ 7,383, filwaqt li 6,168 minnhom tefgħu l-vot tagħhom.

Intant, fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali kien hemm 7,471 persuna li rreġistrat biex tivvota, filwaqt li 6,185 tefgħu l-vot tagħhom.

Fost l-ewwel li vvutaw għal dawn l-elezzjonijiet kien hemm dawk li se jkunu msiefra dakinhar tal-elezzjoni u dawk li se jservu bħala assistenti kummissarji fil-25 ta’ Mejju li ġej.

Kien hemm ukoll 166 persuna miżmuma fil-Ħabs u 4562 persuna rikoverati fid-djar tal-anzjani u fir-residenza San Vincenz De Paule.

Il-votazzjoni saret fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar.