Credit: Eurovision Song Contest

L-Olanda lbieraħ filgħaxija rebħet l-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest. Michela għal Malta spiċċat fis-16-il post.

Kien hemm aspettattiva qawwija għall-parteċipazzjoni Maltija wara li l-Ħamis li għadda tertqulna qalbna sakemm għajtu lil Malta bħala wieħed mill-pajjiżi li kkwalifikaw għall-finali tal-bieraħ filgħaxija.

Iżda fejn spiċċat il-kanzunetta Maltija fis-semifinali tal-Ħamis?

Issa li għaddiet il-kompetizzjoni tal-finali, l-organizzaturi tal-Eurovision ħarġu r-riżultati u jidher li l-Ħamis, Michela ġiet fit-tmien pożizzjoni.

L-ewwel tlett pożizzjonijiet mis-serata tal-Ħamis huma riflessjoni ċara ta’ dak li seħħ ilbieraħ filgħaxija, b’Duncan Laurence għall-Olanda b’Arcade fl-ewwel post, waqt li Tamara Todevska li nterpretat Proud għall-Maċedonja tat-Tramunata fit-tieni post filwaqt li John Lundwik għall-Iżvezja bil-kanzunetta Too Late For Love ġiet fit-tielet post.

Peress li fil-fażi tas-semifinali ma jikxfux il-punteġġi biex ma tiġiix influwenzata l-votazzjoni tas-Sibt, żgur li għandhom kurżita kif qassamna l-punti tagħna, u min u kemm tana l-punti għall-kanzunetta Chameleon.

Il-voti tal-pubbliku kienu jammontaw għal 50 punt li jinqasmu hekk:

8 punti mir-Renju Unit; 7 punti mill-Armenja; 6 punti mill-Ażerbajġan; 5 punti mid-Danimarka, 4 punti mill-Maċedonja tat-Tramuntana u l-Irlanda; 3 punti mill-Moldova u n-Norveġja; 2 punti mill-Latvja, ir-Rumanija, il-Kroazja u l-Italja u punt mill-Litwanja u l-Olanda.

Il-voti mill-ġuriji tal-Ħamis kienu jammontaw għal 107. Dawn huma kif ivvutaw lil Malta:

10 punti mill-Italja, l-Olanda u l-Armenja; 8 punti mir-Russja; 7 punti mill-Maċedonja tat-Tramuntana u l-Moldova; 6 punti mill-Kroazja, l-Albanija, l-Ażerbajġan u l-Ġermanja; 5 punti mir-Rumanija; 4 punti mill-Latvja, l-Iżvizzera, l-Iżvezja, in-Norveġja u l-Irlanda. 3punti mil-Litwanja; 2 punti mill_Awstrija u punt mir-Renju Uniti.

Fis-serata tal-Ħamis, Malta vvuttat hekk il-punti tagħha:

Voti tal-pubbliku: 12: L-Iżvizzera; 10: l-Olanda; 8: Norveġja; 7: Żvezja; 6: Maċedonja tat-Tramuntana; 5: Russja; 4 Ażerbajġan; 3: Litwanja; 2: Danimarka; 1: Kroazja.

Voti tal-ġurija: 12: L-Olanda; 10: L-Iżvezja; 8: Ir-Russja; 7: Ażerbajġan; 6: Armenja; 5: Moldova; 4: Norveġja; 3: Liteanja; 2: Maċedonja tat-Tramuntana; 1: Rumanija