Australian Prime Minister Scott Morrison speaks to the media as he arrives at the Horizon Church in Sutherland in Sydney, Australia, May 19, 2019. AAP Image/Joel Carrett/via REUTERS

Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison irringrazzja lill-persuni li jiffrekwentaw l-istess Knisja fejn imur hu wara r-rebħa li sejħilha mirakoluża, tal-elezzjoni li marret kontra snin ta’ polls kunfliġġenti u kissret il-moral tal-Partit Laburista tal-pajjiż li kien mistenni li se jirbaħ l-elezzjoni.

Il-koalizzjoni konservattiva mmexxija mil-liberali Morrison qiegħda fil-quċċata għal 76 siġġu, in-numru meħtieġ sabiex wieħed jifforma Gvern b’maġġoranza skont il-Kummissjoni Elettorali Awstraljana. Ftit aktar minn tliet kwarti tal-madwar 17-il miljun vot s’issa ġew mgħadda.

Morrison deher jgħannaq membri tal-komunità tiegħu wara quddiesa tal-Ħadd fil-knisja ta’ Horizon Church ġewwa Sydney. Hu kien elett l-ewwel darba fil-Parlament minn hawn lura fl-2007. Hu kien sostna li wieħed ma jistax isir Prim Ministru u jaqdi dmiru sew jekk qatt ma jkun serva f’elettorat lokali.