Raġel jinsab jissielet għal ħajtu wara li ħabat f’siġra bil-vann li kien qed isuq fil-Marsa.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ fid-8.40am fi Triq Dicembru Tlettx. Fi stqarrija ġie spjegat li r-raġel ta’ 26 sena residenti l-Pietà tilef il-kontroll tal-vann li kien qed isuq bil-konsegwenza li baqa’ dieħel ġo siġra.

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza sabiex jassistu lill-vittma. Huwa ttieħed minnufih l-Isptar Mater Dei.