Il-Partit Laburista ngħata €601,827 f’donazzjonijiet waqt maratona ġbir ta’ fondi.

Waqt li l-maratona nnifisha saret ilbieraħ, il-Ħadd, volontiera kienu qed iduru jiġbru donazzjonijiet dawn l-aħħar ftit ġimgħat. Il-Partit Laburista irringrazzja x-xogħol tal-volontiera, kif ukoll lil dawk li ċemplu biex jagħtu donazzjoni.

Din ġiet hekk kif fil-25 ta’ Mejju hemm l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali.

Elezzjonijiet 2019: L-ewwel riżultati mistennija kmieni l-Ħadd

Nofs il-votanti reġistrati għall-elezzjoni bikrija vvutaw sas-2pm