Il-Kummissjoni Elettorali għadha kemm ħarġet struzzjonijiet għall-anzjani u l-morda li jixtiequ jaqbżu l-kju fil-postijiet tal-votazzjoni.

  • Persuni li għalqu l-75 sena u dawk li jinġiebu fuq stretchers mill-isptarijiet u djar tal-anzjani, għandhom jitħallew jaqbżu l-kju f’kull ħin tal-votazzjoni mingħajr il-ħtieġa ta’ ċertifikat tat-tabib.
  • Persuni ta’ età bejn is-60 u l-75 sena, jitħallew jaqbżu l-kju bejn is-1pm u l-5pm.
  • Dawk li jkunu morda u ma jistgħux jistennew fil-kju jrid ikollhom ċertifikat tat-tabib li jistgħu jużawh wara s-1pm. Dawk il-persuni li jippreżentaw il-Karta tal-Identità Speċjali maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità jingħataw l-istess faċilità mingħajr ħtieġa ta’ ċertifikat mediku.

Ċertifikat mediku għal persuni morda jiġi aċċettat mill-Kummissjoni jekk ikun iffirmat minn tabib li mhux kandidat għall-elezzjonijiet. Dawn il-formoli jingħataw lit-tobba skont il-ħtieġa mill-Kummissjoni Elettorali.