Raġel ta’ 24 sena minn Ħaż-Żabbar li kien jaħdem għal Jordan Azzopardi, magħruf  bħala El Chapo ta’ Malta, ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija ta’ €10,000. Huwa qed jiġi akkużat bi traffikar tad-droga fosthom cannabis, kokaina u eroina viċin ta’ skola, li fera’ raġel gravi u li kien reċediv. L-arrest tiegħu seħħ wara li saret raid lil Jordan Azzaopardi.

L-avukat difensur staqsa għall-ħelsien mill-arrest, bil-prosekuzzjoni tgħid li kemm kien ilu arrestat, l-akkużat qat ma kellu mġiba ħażina. Min-naħa tagħha meta l-Qorti staqsiet l-ammont ta’ droga li kellu fuq l-akkużat, il-prosekuzzjoni qalet li dan għadu ma ġiex ikkonfermat minħabba l-ammont ta’ droga li kienet inqerdet.

Il-Maġistrat laqgħet it-talba għall-ħesien mill-arrest b’depożitu ta’ €1,000 u garanzija ta’ 10,000. Huwa ġie ordnat li jiffirma tliet darbiet fil-ġimgħa fl-għassa ta’ Ħaż-Żabbar, ma jistax joħroġ mid-dar bejn il-11pm u s-6am. L-akkużat ma jistax javviċina l-ebda xhieda u ma jistax jitlaq minn Malta.