Mara ta’ 62 sena tinsab f’kundizzjoni gravi wara li ttajjret minn vettura fi Triq ir-Repubblika r-Rabat, Għawdex.

L-inċident seħħ qrib Pjazza Savina fir-Rabat, Għawdex għall-ħabta tas-2.30pm. Il-mara li hija Franċiża iżda toqgħod Buġibba ntlaqtet minn karozza misjuqa minn raġel Ingliż ta’ 46 sena li joqgħod l-Għarb.

Il-mara ttieħdet b’urġenza lejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.