Credit: Sky News

Il-Prim Ministru Ingliża tat lill-Membri Parlamentari tal-House of Commons l-aħħar ċans biex japprovaw il-ftehim dwar Brexit il-ġdid. Spjegat li jekk dawn japprovaw il-ftehim, terġa’ tagħti ċans għal vot ieħor dwar jekk għandux jerġa’ jsir ir-referendum ta’ Brexit mill-ġdid.

Skont il-BBC, il-ftehim il-ġdid fih garanziji ġodda fuq id-drittijiet tal-ħaddiema, il-protezzjoni tal-ambjent u l-kompromess tad-dwana. Jidher li jekk il-Membri Parlamentari jirrifjutaw il-ftehim għal darboħra, wissiethom li se jkunu qatlu kompletament iċ-ċans li Brexit isir bi ftehim negozjat u hemm ċans li dan jitwaqqaf.

Sa issa, il-Membri Parlamentari vvutaw kontra l-ftehim negozjat mal-Unjoni Ewropea tliet darbiet. Jidher li l-ftehim se jerġa’ jitressaq quddiem il-Parlament kmieni f’Ġunju għall-vot.