Il-kandidat tal-Partit Demokratiku (PD) għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Martin Cauchi Inglott qal li qatt ma saru akkużi ta’ tixħim jew korruzzjoni fuq il-PD.

F’sensiela ta’ intervisti ma’ diversi kandidati għall-PE, Cauchi Inglott qal li ż-żewġ partiti politiċi l-kbar f’Malta huma influwenzati mill-iżviluppaturi u mill-kuntratturi.

Cauchi Inglott spjega li vantaġġ li toffri l-UE huwa l-moviment ħieles tal-prodotti u tan-nies. Qal li dan jagħti lill-Ewropa vantaġġ kompetittiv.

Cauchi Inglott qal li kien il-kmandant tal-iskwadra marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta għal sitt snin. Qal ukoll li kien jaħdem fuq l-immigrazzjoni fi Brussell.

Aktar aħbarijiet mill-kampanja elettorali minn hawn.