Il-Kummissjoni Elettorali qalet li min jibqa’ jżomm il-vot ta’ xi pazjent li jkun l-isptar jista’ jispiċċa l-ħabs.

Fi stqarrija, il-Kummissjoni Elettorali appellat lill-qraba tal-votanti li jinsabu rikoverati f’Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli, u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li kienu reġistrati bħala pazjenti sal-20 ta’ Mejju biex “immedjatament” jagħtu d-dokumenti tal-vot lill-pazjenti. Dan biex ikunu jistgħu jivvutaw fit-23 ta’ Mejju.

Il-Kummissjoni qalet li “min iżomm dokument tal-vot ta’ ħaddieħor ikun qiegħed effettivament iċaħħadlu d-dritt tal-vot u dan hu kontra l-liġi.” Qalet li min jikser din il-liġi jista’ jeħel multa jew jispiċċa l-ħabs.