Facebook
Il-Membru Ewroparlamentari Arnold Cassola lmenta li l-kumpanija Facebook mhux qed taċċetta li jsiru r-riklami tiegħu, u li jidher li hi minħabba kompetituri li qed jirrapportawh fuq Facebook.
Skont Cassola, Facebook mhux qed taċċetta r-riklami minħabba li jmorru kontra l-policy. Iżda huwa spjega li r-riklami tiegħu ma jmorrux kontra l-policy, u li għandu kopja tal-karta tal-identità ma’ Facebook. Żied jgħid li Facebook ma tidhirx li qed twaqqaf r-riklami tal-Partit Nazzjonalista jew tal-Partit Laburista.
Fi stqarrija, huwa spjega li ġie infurmat li mhux Facebook tkun li qed tikkontrolla xiħaġa hekk, iżda l-kompetituri li jirrapportaw lil ta’ kontrihom biex is-sistema twaqqafhom milli jagħmlu r-riklami. Cassola temm l-istqarrija billi qal li issa ma jistgħax ikun hemm iżjed riklami fuq Facebook, li huwa l-mod prinċipali kif jilħaq il-votanti.