Il-Kummissjoni Elettorali ħabbret li dawk kollha li għadhom ma ġabrux id-dokumenti tal-vot jistgħu jagħmlu dan billi jmorru personalment sal-Ħamis 23 ta’ Mejju.

Il-ħinijiet għal dawk li jixtiequ jiġbru d-dokumenti tal-vot huma l-Erbgħa 22 ta’ Mejju bejn it-8am u 10pm u l-Ħamis 23 ta’ Mejju mit-8am sa 12am.

Dawk il-votanti rreġistrati Malta,jistgħu jiġbru f-fokument tal-vot mill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar. Filwaqt li dawk rreġistrati fuq Għawdex,jistgġu jagħmlu dan mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.

Il-Kummissjoni elettorali qalet li kull votant għandu jattendi personalment bil-karta tal-identità jew tar-residenza tiegħu. Fakkret li mingħajr id-dokument/i għall-votazzjoni ħadd ma jkun jista’ jivvota is-Sibt li ġej.

Il-Kummissjoni ħabbret ukoll id-dettalji tat-trasport pubbliku għal dawk li se jservu bħala AEC dakinhar tal-votazzjoni.

Ara: Il-Kummissjoni Elettorali tħabbar l-arranġamenti għat-trasport għall-AECs