Dr Godfrey Farrugia, kandidat tal-Partit Demokratiku għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew stqarr li l-istituzzjonijiet Ewropej iridu jkunu iktar f’saħħithom fejn tidħol l-immigrazzjoni.

F’sensiela ta’ intervisti ma’ wħud mill-41 kandidat li qed jaspiraw li jirrappreżentaw lil Malta fil-Parlament Ewropew, Dr Farrugia stqarr li hemm erba’ parametri fejn iħoss li jista’ jagħti sehemu fl-Ewropa.

Minbarra l-immigrazzjoni, semma l-kwistjoni tal-klima, “li għandha tinqabad minn qruna, biex jitwettqu t-Trattat ta’ Pariġi u l-għanijiet tan-Nazzjonijiet Magħquda fit-28 stat membru”. Saħaq li l-ekonomija, ir-rispett lejn il-liġi (is-Saltna tad-Dritt) u l-Att dwar il-whistleblowers għandhom jingħataw l-importanza mistħoqqa.

AQRA aktar aħbarijiet dwar l-elezzjonijiet