Nhar is-Sibt 25 ta’ Mejju t-trasport pubbliku se jitħaddem aktar kmieni mis-soltu għal dak il-jum biss. Dan tħabbar mill-Kummissjoni Elettorali wara li sar arranġament ma’ Transport Malta sabiex jiġi ffaċilitata t-trasport tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali biex dawn jaslu fuq il-post tal-votazzjoni assenjat lilhom fis-6.00am.

Fi stqarrija l-Kummissjoni Elettorali qalet li r-rotot kollha skedati 1, 2, 3, 4, 13, 14, 16, 21, 22, 24, 31, 35, 41, 42, 43, 44, 45, 46, 47, 48, 51, 52, 53, 54, 58, 61, 62, 63, 71, 72, 73, 81, 82, 83, 84, 88, 91, 92, 93, 94 u 122 se jitilqu mill-out stations fil-5.00am. L-istess rotot jitilqu mill-Belt fil-5.30am.

Il-Kummissjoni Elettorali spjegat li trasport huwa bla ħlas sakemm il-persuna turi t-tag li nħarġet mill-Kummissjoni Elettorali stess.

It-trasport lura d-dar se jiġi offrut wara li jsir id-depositu tal-kaxex tal-voti u materjal ieħor tal-elezzjoni fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar wara l-10pm. Il-Kummissjoni spjegat li t-trasport se jkun bla ħlas u permezz ta’ minibuses lejn il-lokalitajiet kollha.

Wieħed jista’ jara l-iskeda hawn.

Il-Kummissjoni Elettorali li fadal sal-Ħamis biex jinġabru d-dokumenti tal-vot.

Ara: Fadal sa għada biex tiġbor id-dokument tal-vot