Fil-ġranet li għaddew smajna li l-qattus ta’ fama mondjali Grumpy Cat, li kien famuż għal-ħarsa mdejjqa li kellu, miet wara kumplikazzjonijiet li sofra b’kawża ta’ infezzjoni. Tardar Sauce, li kien l-isem reali tal-qattus kien sar popolari tant li diversi kumpaniji għamlu kuntratti mas-sidien tiegħu biex jużaw l-image fuq il-prodotti tagħhom. Sid il-qattus, Tabatha Bundesen, daħlet għal diversi kuntratti fosthom ma’ kumpaniji bħal Honey Nut Cheerios u mal-kumpanija li tipproduċi ikel għal qtates ‘Friskies’. Grumpy Cat kien ukoll ipparteċipa fi produzzjoni televiżiva li għamlet suċċess.

It-telfa finanzjarja mid-dħul tal-qattus se tinħass b’mod drastiku. Rapporti jgħidu li dawk li jissejjħu ‘Pet Influencers’, anki ta’ ftit popolarità, jistgħu idaħħlu bejn $3,000 u $15,000 għal post sponsorizzat fuq il-mezzi tal-media soċjali. In-nuqqas tal-qattus se jinħass minħabba li sidu mhux se tkun tista’ tidħol iktar f’kuntratti ġodda ta’ promozzjonijiet bid-dehra tal-qattus. Esperti fil-qasam tal-assikurazzjoni, ikkwotati minn Marketwatch, qalu li f’dawn il-każijiet il-kumpaniji tal-assikurazzjoni ma jkoprux it-telf li s-sid tal-qattus jista’ jsoffri minħabba l-mewt tiegħu, iżda jkopru biss spejjeż li biex jinġieb annimal ieħor.

Aqra: The million-dollar grumpy cat dies, aged seven

Dan l-artiklu huwa miġjub lilkom minn MPM Capital Investments Ltd – www.mpmci.net , Tel. 21493250. Tista’ tirċievi l-artiklu b’xejn billi tibgħat email fuq info@mpmci.net 

L-informazzjoni u l-ħsibijiet inklużi fl-artiklu huma provduti għal skop ta’ edukazzjoni u informazzjoni biss u m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala parir ta’ investiment.