Numru ta’ plejers tal-futbol professjonali minn madwar l-Ewropa ssieħbu f’kampanja mnedija mill-Parlament Ewropew u l-FIFPro biex jippromwovu l-Elezzjonijiet Ewropej ta’ din is-sena li se jsiru din il-ġimgħa.

Il-gowler Ġermaniż Kevin Trapp, il-midfielder tal-Isvezja Nilla Fischer u l-Captain tal-Finlandja Tim Sparv huma fost dawk li bagħtu l-messaġġ lin-nies madwar l-Unjoni Ewropea biex joħorġu jivvotaw.

L-elezzjonijiet se jsiru madwar l-Ewropa bejn it-23 u s-26 ta’ Mejju 2019. Il-kampanja, bl-użu tal-hashtag #thistimeimvoting f’bosta lingwi Ewropej, tħeġġeġ liċ-ċittadini biex jużaw il-vot tagħhom. Antonio Tajani, il-President tal-Parlament Ewropew, qal li huwa grat għall-plejers li taw il-kontribut tagħhom għall-kampanja #thistimeimvoting.