Dun Daniel Sultana u Dun M. Giovanni Curmi

L-Isqof Mario grech ħatar lil Dun Daniel Sultana bħala Segretarju Pastorali tad-Djoċesi u Dun Giovanni M. Curmi bħala Delegat tad-Djakonija.

Dun Daniel Sultana huwa mix-Xagħra,u ġie ordnat saċerdot fit-30 ta’ Mejju 2014,wara li temm il-formazzjoni tiegħu fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù. Fl-ewwel snin tas-saċerdozju, waqt li kien kollaboratur parrokkjali fil-Parroċċa San Gabrijel tal-Addolorata, Ruma u hemmhekk segwa l-kors fil-Komunikazzjoni Soċjali Istituzzjonali fl-Università Pontifiċja Santa Croce. Minn Ottubru 2018, huwa nħatar Assistent Segretarju Pastorali fid-Djoċesi ta’ Għawdex, u Vigarju parrokkjali fil-Parroċċa tal-Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria.

Dun Giovanni M. Curmi twieled il-Munxar, ġie ordnat saċerdot fit-22 ta’ Ġunju 1991. Wara l-ewwel snin ta’ ħidma pastorali f’Ruma, ġie rritorna lura Għawdex, fejn qeda f’diversi uffiċċji u ministeri pastorali fid-Djoċesi. Il-ministeru saċerdotali tiegħu għadu jwettqu fiċ-Ċentru Pastorali Ragħaj it-Tajjeb, fl-inħawi ta’ Taċ-Ċawla, il-Belt Victoria. Matul dawn l-aħħar snin huwa ħadem fis-Segreterija Pastorali fil-Kurja tal-Isqof u, skont il-ħtieġa, tal-għajnuna tiegħu fil-kappellanija tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.