Reuters

Illum, numru ta’ pajjiżi madwar l-Ewropa għaddejjin mill-ġurnata tal-votazzjoni tagħhom sabiex jeleġu l-membri l-ġodda tal-pajjiż fi ħdan il-Parlament Ewropew. Fost il-pajjiżi, hemm ir-Renju Unit.

Skont il-BBC, ir-Renju Unit se jkun qed jeleġi 73 Membru Parlamentari Ewropew minn disa’ distretti madwar l-Ingilterra u u t-tliet distretti li jgħamlu l-Iskozja, Wales u l-Irlanda ta’ Fuq. Kull reġjun għandu numru differenti ta’ rappreżentanti, ibbażati fuq il-popolazzjoni. L-Irlanda ta’ Fuq u l-Grigal tal-Ingilterra se jkunu qed jeleġu tliet MEPs filwaqt li x-Xlokk tal-Ingilterra se jeleġu 10. Il-postijiet tal-votazzjoni se jkunu miftuħa sal-10pm.

Intant, in-Netherlands ukoll għaddejjin mill-elezzjonijiet tagħhom illum filwaqt li f’pajjiżi oħrajn, l-elezzjonijiet se jkunu qed isiru fit-tliet ijiem li ġejjin. Ir-riżultati tal-elezzjonijiet tal-lum mistennija joħorġu nhar il-Ħadd li ġej għall-ħabta tal-10pm.