Mumenti biss wara li Theresa May iddikjarat li se tkun qed tirriżenja mill-kariga tagħha, seraq ix-xena Larry, qattus li għandu 12-il sena. Hu donnu ried jgħid li se jkun qed jieħu f’idu t-tmexxija tal-Ingilterra hekk kif deher jippożizzjona ruħu fuq l-għatba tal-bieb ikoniku bin-numru għaxra.

Huwa aċċerta lil dawk li kienu quddiemu li se jkun qed jagħmel ħiltu biex jerġa’ jgħaqqad il-pajjiż mill-ġdid. Bħalissa qed jirranġa biex jagħżel il-kabinett tiegħu biex jgħinu f’din il-leġiżlazzjoni.