Aġġornata 8.40AM (25.05.2019)

Il-Forzi Armati ta’ Malta, wara jumejn ta’ ħidma, salvaw 216-il persuna li kienu jinsabu abbord żewġ dinghies tal-lasktu waqt ħidma ta’ tiftix u salvataġġ. Fi stqarrija ġie spjegat li huma ddaħlu

Malta peremzz tal-bastimenti tal-armata P52 u P21 dalgħodu.

L-istqarrija tispjega kif fl-aħħar jumejn, minħabba li t-temp kien jippermetti, kien hemm bosta dgħajjes li ħarġu mil-Libja, it-Tuneżija u l-Alġerija. B’kollox jidher li kien hemm total ta’ 12-il dgħajsa bl-immigranti li ddaħħlu mill-Kosta tan-naħa ta’ Nofsinhar ta’ Sardinja u minn Lampedusa.

X’ġara aktar kmieni?

Sal-bieraħ, il-Forzi Armati ta’ Malta kienu salvaw madwar 80 persuna li kienu abbord fuq dinghy. Huma kienu mistennija jiddaħħlu Malta fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu. Kelliema għall-Forzi Armati ta’ Malta kkonfermat dan u qalet li se tkun qed tinħareġ stqarrija fil-ħin li ġej.

Iktar kmieni lbieraħ filgħodu, 57 persuna ddaħħlu f’Lampedusa.

Ajruplan tal-operazzjoni Sophia rat id-dinghy madwar 47 mil nawtiku Xlokk  ta’ Lampedusa fl-ibħra tat-tfittxija u salvataġġ ta’ Malta. Il-ġurnal Taljan La Repubblica rrapporta li d-dinghy kien mgħejjun minn bastiment merkantili Saint Peter li għandu bandiera tal-Bahamas. Patrol Boat tal-Forzi Armati ta’ Malta bdiet bil-ħidma tagħha tat-tfittxija u salvataġġ.