Huwa perikoluż li tuża l-mowbajl waqt li tkun qed taqsam. Minn hawn u ftit ieħor dan jista’ jsir illegali.

F’ċertu postijiet diġa huwa perikoluż biex taqsam it-triq, u żgur li ma jgħinx li dak li jkun ikun għaljenat iħares lejn il-mowbajl waqt li jkun qed jaqsam. Dan hekk kif wieħed jista’ jaljena ruħu faċilment u ma jismax jew ma jarax il-karozzi ġejjin.

Is-Senat ta’ New York, fl-Istati Uniti, ippropona liġi sabiex tiprojbixxi lin-nies milli jużaw apparat elettroniku waqt li jkunu qed jaqsmu t-triq. Il-liġi tipproponi li jekk wieħed jinqabad jagħmel dan jingħata multa ta’ bejn €30 u €300.

Din il-projbizzjoni se tkun tista’ tinkludi fiha li wieħed jibgħat messaġġ, jiċċekkja l-imejls jew juża l-internet fit-triq, għajr f’każijiet ta’ emerġenza.

Fl-2018 mietu aktar minn 6,000 persuna f’inċidenti tat-traffiku. Din kienet l-ogħla ċifra fi 30 sena.