Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat irrilassa fil-jum meta l-Maltin u l-Għawdxin qed jistennew bil-ħerqa għar-riżultati tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ilbieraħ. Fuq Instagram, huwa tella’ ritratt tiegħu fil-grawnd tal-futbol tal-Mosta flimkien ma’ bintu Etoile.

LIVE: X’inhu għaddej fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar?

Muscat għażel li jilgħab bil-kit tat-tim tal-futbol tal-Milan, it-tim favorit tiegħu. Martu Michelle Muscat ikkummentat fuq ir-ritratt u faħħritu talli żamm d-dover tiegħu lejn familtu bħala prijorità f’jum hekk impenjattiv.