Miguela Xuereb

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat indirizza lill-folla tal-partitarji Laburisti li nġabru quddiem il-Kwartieri Ġenerali fil-Ħamrun biex jiċċelebraw u jisimgħu d-diskors tiegħu wara r-riżultat tar-rebħa tal-PL.

Minn tfal sa żgħażagħ sa kbar u anzjani kollha ħarġu fit-toroq, ipaqpqu u joħolqu briju huma u jiċċelebraw dik li Muscat sejjaħ “rebħa storika.”

Huma mbagħad irħewlha lejn il-Kwartieri Ġenerali, fejn il-Mexxej indirizzahom mill-gallarija, flimkien ma’ martu Michelle Muscat, uliedu Etoile u Soleil, id-Deputat Mexxej u Viċi Prim Ministru Chris Fearne, u membri oħrajn tal-PL.