Għajnuna finanzjarja, b’risq l-immaniġġjar tan-negozju, li tirrifletti l-impenn sħiħ tal-Enemed –  “aħna ngħinuk tilħaq miri ġodda”

F’intervista li saret dan l-aħħar maċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemed, Kevin Chircop, issemmew ħafna l-inizjattivi mill-Enemed, li mhux biss jiffukaw fuq sempliċi għajnuna finanzjarja, imma li għandhom ukoll interess ġenwin li jgħinu lill-isport lokali tal-karozzi biex jilħaq il-potenzjal sħiħ tieghu b’konsultazzjoni fuq l-immaniġġjar tal-assoċjazzjoni jew għaqda qisha kumpanija tan-negozju. L-attenzjoni ewlenija tal-Enemed hija fuq l-isport tal-karozzi, mill-Powerboating sad-Drifting għall-Hillclimb – u l-professjonaliżmu f’dan kollu huwa dak li tkellem fuqu Chircop.

Chairman Eżekuttiv tal-Enemed, Kevin Chircop

Is-sewwieqa Maltin għandhom l-aqwa talent u potenzjal, u qed jagħmlu suċċess kbir madwar id-dinja, imma, meta tħares lejn il-kompetizzjonijiet sportivi f’Malta, l-isport tal-karozzi mhux qed jilhaq l-aspettattivi tad-dilettanti Maltin u għalhekk mhux dejjem isib il-fondi meħtieġa. Filwaqt li hemm passjoni kbira għal dan l-isport, għadna ninnutaw nuqqas b’risq il-kontribut professjonali tiegħu. Huwa għalhekk li l-Enemed tinvesti bis-sħiħ f’dan l-isport speċjalizzat, u qed tipprovdi l-għajnuna meħtieġa biex dawn il-kompetizzjonijiet ikunu jistgħu jiżviluppaw u jagħmlu l-qabża fil-livell, li tixraq f’dan is-settur. Dan qed tagħmlu billi:

  1. Tagħti l-fondi fit-tul,
  2. Ma tqisx dawn l-għajnuniet biss bħala mezz ta’ reklamar għall-marka tagħha, u
  3. Tgħin biex tissaħħaħ id-dixxiplina f’dan l-isport bil-ħolqien ta’ aktar kuxjenza.

Il-VOOMQUEST huwa eżempju ċar ta’ dan l-iskop mill-Enemed, parti minn strateġija ta’ tliet snin, li għamel suċċess kbir fl-ewwel sena tiegħu, tant li attira l-attenzjoni u l-għarfien tal-UIM, Union Internationale Motonautique, l-entità internazzjonali tal-kampjonat tal-powerboating. Ma’ din l-istrateġija mal-għarfien wiesa’, hemm il-ħila professjonali u l-impenn sħiħ taċ-champion dinji għal ħames darbiet, Aaron Ciantar, u jkollok il-formola ideali għal ġejjieni mill-aqwa f’dan l-isport.

Il-VOOMQUEST għen lill-Enemed tiffoka biex tizviluppa fuel ta’ standard għoli, ideali għall-powerboats, li huma mfassla, mibnija u mmanifatturati f’Malta stess. Dan kollu jkompli jħeġġeġ lill-Enemed timbotta kulma hu lokali, imma wkoll li tadatta l-fuel b’formula speċjali Maltija biex iżżid is-saħħa meħtieġa f’dawn il-powerboats Maltin, u fl-istess waqt tipprovdi fuel tal-aqwa kwalità bl-inqas addittivi fih lill-pubbliku.

Dan l-istess kunċett ta’ fuel mill-aqwa, b’20% inqas emissjonijiet u li jżid il-ġibda tal-magni tal-karozzi, huwa rifless ukoll fis-sussidju għaċ-champion lokali tad-drifting, Andrea Fabri. F’dan il-każ, minbarra l-provvista ta’ fuel tal-aqwa kwalità għall-karozza tiegħu, ma’ kull għajnuna finanzjarja ta’ din ix-xorta, l-Enemed torbot ukoll lill-benefiċjarji b’numru ta’ kundizzjonijiet.

Ngħidu aħna, fl-aħħar kompetizzjoni li kellu, Andrea Fabri, ma setax jiġi inqas mit-tieni post. Jekk inħarsu lejn is-sussidju mogħti lill-Assoċjazzjoni Maltija tad-Dragracing, li jinkludi wkoll pjan tan-negozju għal 5 snin, insibu li l-Assoċjazzjoni hi marbuta li – fi żmien stipulat – tirranġa parti mill-korsa. Jekk dan ma jsirx, l-Enemed tirtira l-appoġġ finanzjarju tagħha, għaliex temmen ħafna fiż-żamma ta’ standards għoljin u qed tirsisti kontra l-kultura ta’ “kollox jgħaddi”.

Dawn l-istandards ma jgħoddux biss għall-benefiċjarji, imma l-Enemed hi kburija ħafna bihom u tissorveljahom regolarment. Dan it-twemmin hu dak li jagħmel lill-Enemed differenti minn kull kumpanija oħra tal-fuel, u jiggarantixxi l-aqwa prodott għal vetturi differenti. Din l-assigurazzjoni fil-kwalità ssir b’numru ta’ fatturi:

Matul il-vjaġġ

Il-kimiku tal-Enemed jintbagħat barra l-pajjiż biex jiċċekkja l-kwalità tal-fuel qabel ma jidħol Malta waqt li jkun fuq il-baħar, kif ukoll meta jkun fit-tankijiet tal-fuel f’Malta, fit-trakkijiet hu u jiġi ttrasportat sal-pompi tal-petrol, u f’testijiet sorpriża fl-istess pompi. B’hekk, il-membri tat-Tim tal-Ispezzjoni tal-Enemed, jiżguraw li tinżamm il-kwalità tal-fuel, u li l-konsumaturi għandhom l-aħjar prodott.

Awditjar komplut

Filwaqt li l-fuel kollu mqassam jiġi awditjat regolarment, il-pompi tal-petrol franchised jiġu awditjati darbtejn fis-sena fuq numru ta’ fatturi oħrajn; iż-żamma tal-pompa, it-taħriġ tal-impjegati, l-għarfien fuq il-prodott, u ħafna ħafna iżjed. Barra minn hekk, jingħata taħriġ regolari lis-sidien tal-pompi mill-kumpanija.

Titjib fil-prodott

Minbarra l-iċċekkjar konsistenti tal-kwalità tal-fuel, id-Dipartiment tar-Riċerka u l-Iżvilupp jara wkoll kif jista’ jibqa’ jtejjeb il-prodotti tiegħu jew isib oħrajn meħtieġa għas-suq lokali. Fi Frar li għadda, pereżempju, l-Enemed ħarġet l-ePower Diesel il-ġdid tagħha u bħalissa qed tiżviluppa prodott ġdid li hu ppjanat li jitnieda fl-2020.

Bil-proċess tal-assigurazzjoni tal-kwalità, l-Enemed tipprattika dak li tgħid fejn jidħlu l-istandards professjonali u ż-żamma, u tistenna l-istess livell ta’ impenn u professjonaliżmu mill-benefiċċjarji li tgħin.

Dwar l-Enemed

Enemed Company Ltd kienet stabbilita fl-1 ta’ Settembru 2014 u hi kumpanija sussidjarja ta’ Petromal Company Ltd, li hija kumpanija tal-gvern. Il-kumpanija hi responsabbli mill-importazzjoni, it-tqassim u l-bejgħ ta’ prodotti taż-żejt petroleum għas-suq lokali, inkluż għas-settur tal-avjazzjoni. Toffri wkoll il-faċilitajiet tal-ħażna tagħha lil partijiet terzi. Enemed hija kumpanija ewlenija fis-suq Malti.

 

Skopri aktar fuq l-Enemed;

Sit:                          enemed.com.mt

Facebook:             facebook.com/enemed.fuels

Instagram:            instagram.com/enemed_malta