CMRU

Raġel ġarrab ġrieħi gravi wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’ħabta fil-Marsa.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-8pm fi Triq Aldo Moro. Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett li sabu li kien seħħ impatt bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti l-Mosta u karozza oħra misjuqa minn raġel ta’ 36 sena residenti l-Fgura.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq ta’ 36 sena l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.