Fiż-żmien li ġej se jkun qed jiftaħ ir-restorant magħruf Taljan Pastrocchio fl-Imrieħel. Dan ħabbritu il-Kap Eżekuttiv ta’ DIZZ group, Diane Izzo fi stqarrija fejn spjegat li restorant ieħor se jkun qed jinfetaħ fil-Belt Valletta fil-bidu tal-2020 u ftit wara jinfetaħ ieħor f’Tigne.

L-istqarrija tispjega li Pastrocchio huwa franchise Taljana li sservi kull tip ta’ ikla, ibda mill-kolazzjon, brunch, ikel tajjeb għas-saħħa u fast food, burgers u anke pizza.

Izzo sostniet li minn dejjem kienet impressjonata bil-klassi ta’ din id-ditta u temmen li l-ftuħ ta’ Pastocchio se jġib miegħu ħafna eċitament għall-konsumaturi lokali.