Miguela Xuereb

Hekk kif l-għadd tal-voti tal-kunsilli lokali daħal fit-tieni jum tiegħu il-Partit Laburista kiseb maġġoranza f’16-il- Kunsill Lokali, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 4 lokalitajiet. Min-naħa l-oħra fl-Għarb il-kunsilliera l-ġodda jridu jivvutaw bejniethom biex jeleġġew is-sindku.

Il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza f’dawn il-postijiet:

Bormla, il-Fgura, Marsaskala, Ir-Rabat (Malta), Birkirkara, Marsaxlokk, L-Imsida, Il-Kalkara, Ħaż-Żabbar, San Ġwann, Paola, Il-Gudja, Ħal Għaxaq, Tal-Pietà, ix-Xagħra, Ta’ Sannat.

Il-Partit Nazzjonalista kiseb il-maġġoranza f’dawn il-postijiet:

Tas-Sliema, Ir-Rabat (Għawdex), Ħal Lija, L-Imġarr.

Fl-Għarb is-sindku mistenni jintgħażel wara li jittieħed vot bejn dawk eletti, wara li l-Għarb l-Ewwel u l-Partit Laburista ġabu żewġ siġġijiet kull wieħed filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ġab siġġu wieħed.

Matul il-ġurnata tal-Erbgħa saret l-ewwel votazzjoni, il-Partit Laburista ġab il-maġġoranza f’16-il lokalità filwaqt li l-Partit Nazzjonalista f’7 lokalitajiet.

B’hekk wara li ngħaddew il-voti ta’ 44 Kunsill Lokali, il-Partit Laburista rebaħ fi 32 lokalità filwaqt li l-Partit Nazzjonalista rebaħ fi 11-il lokalità filwaqt li l-Għarb għadu jrid jiġi deċiż.

22:46 Birkirkara l-Partit Laburista jżomm il-maġġoranza

PL: Joanne Debono Grech (Sindku), Karl Cutajar, Nancy Aquilina, Rita Borg, Kaylocke Buhagiar, Owen Partick Attard, Sephora Cutajar

PN: Justin Schembri, Michael Fenech Adami, Antoine Attard, Deborah Mifsud, John Mizzi, Marie Claire Zammit Bonello

22:40 L-Imġarr il-Partit Nazzjonalista jżomm il-maġġoranza

PN: Paul Vella (Sindku), Wistin Vella, Odette Muscat

PL: Clayton Gauci, Tiziana Borg Busuttil

22:36 Il-Fgura l-Partit Laburista jżomm il-maġġoranza

PL: Pierre Dalli (Sindku), Clayton Portelli Cascun, Raymond Deguara, Toshera Schembri, Ryan Ellul, Mario Fava, Adrian Tanti

PN: Charles Bonello, Mark Lombardo

22:30 Tas-Sliema l-Partit Nazzjonalista jżomm il-maġġoranza

PN: Anthony Chircop(Sindku), Graziella Attard Previ, John Pillow, Anthony Debono, Pierre Portelli, Vivien Galea Pace, Paul Radmilli, Leli Borg, David Soler, Kevin Wain

PL: David Muscat, Wallace Vella Baldacchino, Illona Fenech

22:23 Wied il-Għajn il-Partit Laburista jżomm il-maġġoranza

PL: Mario Calleja (Sindku), Janice Falzon, Carmel Mifsud, Patrick Camilleri, Mary-Rose Mifsud, Ryan Portelli, John Schembri

PN: John Baptist Camillleri, Errol Cutajar

22:18 Ħaż-Żabbar il-Partit Laburista jżomm il-maġġoranza

PL: Jorge Grech (Sindku), Bernice Farrugia, Mark Grech, Ghislaine Bongailas, Angelo Scicluna, Joseph Vella, Angele Camilleri, Joseph Agius, Patrick Barbara

PN: Joseph Buttigieg, Anna Calleja

22:13 Il-Pietà l-Partit Laburista jżomm il-maġġoranza

PL: Keith Tanti (Sindku), Zoja Attard, Anthony Camilleri

PN: Josef Fitzpatrick, Mark Pisani

22:10 Bormla l-Partit Laburista jżomm il-maġġoranza

PL: Alison Zerafa Civelli (Sindku), Marco Agius, Noyah Spiteri Hammett, Johann Scerri, Martin Vella, Melanie Agius

PN: James Cauchi

22:06 San Ġwann il-Partit Laburista jżomm il-maġġoranza

PL: Trevor Fenech (Sindku), Anthony Mifsud Bonnici, Joan Farrugia, Tania Borg, Violet Bajada

PN: Dominic Cassar, Etienne Bonello Depuis, Joe Aquilina, David Vella

22:03 Ir-Rabat Malta l-Partit Laburista jżomm il-maġġoranza

PL: Sandro Craus (Sindku), Chris Grech, Matthew Chetcuti, Dolores Coleiro, Christopher Farrugia

PN: Ian Mario Vassallo, Nazju Cassar, Karl Muscat, Rudolph Grima

21:35  Jidher li l-Partit Laburista żamm il-maġġoranza f’Birkirkara, San Ġwann, Wied il-Għajn u Ħaż-Żabbar.

21:13 Raħal Ġdid il-Partit Laburista jżomm il-maġġoranza

PL: Dominic Grima (Sindku), Darren Lynch, Steven Axisa, Yvmonne Arqueros, Neville Camilleri

PN: Ivan Bartolo, Rita Delezio

 

21:00 Ir-Rabat Għawdex il-Partit Nazzjonalista jżomm il-maġġoranza

PN: Josef Schembri, Brian Azzopardi, Marcell Tabone, Maria Portelli

PL: Michael Buttigieg, Joseph Debrincat, Charlie Hili

20:55 L-Imsida l-Partit Laburista jżomm il-maġġoranza

PL: Margaret Baldacchino Cefai (Sindku), Romina Galea, Jealn-Claude Borg, Joseph Nicholas chircop, Emanuel Brincat

PN: Charles Selvaggi, Maurice Agius, Alfred Farrugia, Judy Sciberras

20:50 Ta’ Sannat  il-Partit Laburista jżomm il-maġġoranza

PL: Philip Vella (Sindku), Francis Galea, Clayton Tewma, Stephen Gauci

PN: Joseph Bajada

20:45 Ix-Xagħra l-Partit Laburista jżomm il-maġġoranza

PL: Christian Zammit (Sindku), Stefan Bajada, Aaron Agius, Victor Curmi

PN: Kevin Cutajar

20:32 L-Għarb f’din il-lokalità għadu mhux magħruf min hu s-Sindku madan kollu 2 siġġijiet se jmorru għall-Għarb l-Ewwel, 2 siġġijiet għall-Partit Laburista u siġġu għall-Partit Nazzjonalista.

L-Għarb l-Ewwel: David Apap, Miriam Borg

PL: Tonio Mifsud, Joseph Mizzi

PN: Louis Apap

22: 28 Ħal Għaxaq il-Partit Laburista jżomm il-maġġoranza.

PL: Darren Abela (Sindku), Christine Dalli, Andreas Gatt, Keith Fenech

PN: Rose Agius

20:06 Marsaxlokk il-Partit Laburista jżomm il-maġġoranza.

PL: Steven Grech (Sindku), Elenia Desira, Daniel Zerafa, Stephen Caruana

PN: Janice Chetcuti

20:02 Bħalissa fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar, il-partitarji laburisti qed jiċċelebraw mal-kandidati li qed jiġu eletti.

19:44 Il-Gudja l-Partit Laburista jżomm il-maġġoranza.

PL: Marija Sara Vella (Sindku), Mario Calleja, Maria Micallef

PN: Mark Anthony Sammut, Stefan Caruana

Dan kien vot ta’ kunfidenza, fiż-żgħażagħ u għall-PL

Is-Sindku l-ġdid Marija Sara Vella qalet li s-sapport li rċeviet kien għall-PL, vot fiż-żgħażagħ u vot ta’ kunfidenza.  hija spjegat li għalkemm din kienet l-ewwel elezzjoni tagħha, hija twiegħed li tagħti dak kollu li tista’ għar-residenti tal-Gudja.

19:38 Il-Kalkara l-Partit Laburista jżomm il-maġġoranza.

PL: Wayne Aquilina (Sindku), Vince Bongailas, Speranza Chircop, Christopher Bruno

PN: Maria Sultana

 

19:31 Sorsi mhux uffiċjali qed jgħidu li l-Partit Nazzjonalista se jkollu l-maġġoranza fir-Rabat Għawdex u fl-Imġarr Malta filwaqt li Partit Laburista żied kunsillier u żamm il-maġġoranza f’tal-Pietà u għandu maġġoranza f’Ta’ Sannat Għawdex.

19:19 Ħal Lija l-Partit Nazzjonalista jżomm il-maġġoranza

PN: Anthony Dalli (Sindku), Cini Donio, Daniel Mallia

PL: Lorraine Farrugia, Joseph Zahra.

 

Se nkunu qed niddiskutu l-aħjar għal Ħal Lija

Is-Sindku l-ġdid li għadu kemm ġie elett qal ma’ Newsbook.com.mt li se jkun qed jiddiskutu mal-kunsilliera l-oħra l-aħjar għal Ħal Lija.

Huwa spjega li fil-ħames snin li ġejjin irid ikompli jibni fuq it-tajjeb li kien hemm u dak li hu inqas tajjeb tinstab soluzzjoni alternattiva.

18:55 Il-Lokalitajiet li bdew l-iscanning huma l-Fgura, Wied il-Għajn, tas-Sliema, Birkirkara, Ħal lija, Marsaxlokk, L-Imsida, il-Kalkara, Ħaż-Żabbar, il-Gudja, Raħal Ġdid, Ħal Għaxaq, Bormla, Għarb, Pietà, Ta’ Sannat.

18:50 Il-Proċess tal-għadd tal-voti ġie magħluq fuq xi mwejjed fosthom tal-Pietà għalhekk mistenni dalwaqt jibdew jioħorġu xi riżultati.

18:20 Fuq l-imwejjed 6 u 7, fejn qed jingħaddu l-voti ta’ Ħal Lija u r-Rabat Għawdex rispettivament, beda l-proċess tal-iscanning tal-voti.

18:00 Ninsabu fis-sala tal-għadd tal-voti fejn beda s-sorting tal-voti ta’ 21 lokalità f’Malta u Għawdex.

Ftit tal-ħin ilu fil-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar beda s-sorting tal-voti  ta’ 21 lokalita f’Malta u Għawdex.

L-aktar elezzjonijiet jaħarqu mistennija li jkunu dawn ta’ Birkirkara, ir-Rabat, Malta u l-Imsida. F’dawn l-elezzjonijiet qed jingħata wkoll importanza għal-lokalita ta’ Tas Sliema. Għalkemm huwa mistenni li l-PN jirbaħ din il-lokalita meqjusa bħala fortizza tal-PN r-riżultat huwa interessanti minħabba li l-għadd ta’ dawk li ħarġu jivvotaw f’din il-lokalita kien relattivament baxx.

Dawn huma: Bormla, il-Fgura, Marsaskala, Tas-Sliema, Ir-Rabat (Malta), Birkirkara, Ħal Lija, Marsaxlokk, L-Imsida, Il-Kalkara, Ħaż-Żabbar, San Ġwann, L-Imġarr, Paola, Il-Gudja, Ħal Għaxaq, Tal-Pietà, Ir-Rabat (Għawdex), l-Għarb, ix-Xagħra, Ta’ Sannat.

Il-bieraħ sar magħruf l-eżitu ta’ 23 lokalità, illum jissokkta l-għadd tal-voti fin-Naxxar fuq 21 lokalità oħra, 17 f’Malta u 4 f’Għawdex. Il-Partit Nazzjonalista tilef kunsilliera f’diversi lokalitajiet u tilef ukoll it-tmexxija tal-Kunsill Lokali tal-Belt u anke dik ta’ San Pawl il-Baħar. Din hija l-ewwel darba li l-PN tilef il-Belt minn mindu bdew isiru l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.

Mill-banda l-oħra l-PN mhux biss irnexxilu jitbaħ il-lokalita tan-Nadur iżda saħansitra żied il-voti f’din il-lokalita. Interessanti wieħed jinnota li l-PN tilef din il-lokalita fil-vot tal-Parlament Ewropew.

Persuni li tkelmu ma’ Newsbook.com.mt innutaw illi l-għadd ta’ nies li vvutaw fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali kien ta’ 60.46% jiġifieri għadd ħafna iżgħar mill-persentaġġ ta’ 72% li ivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. L-istess sorsi qalulna illi dan x’aktarx jindika li kien hemm partitarji Nazzjonalisti li ivvutat fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew għax xtaqu jgħinu biex jitilgħu Roberta Metsola u David Casa li kienu taħt attakk kontinwi mill-Partit Laburista u li l-anqas kienu l-favoriti tal-magna tal-Partit Nazzjonalista.

Fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew il-Partit Nazzjonalista ġab l-anqas persentaġġ ta’ voti li qatt ġab f’dawn l-elezzjonijiet tant li kien anqas minn 40%.

Aktar dettalji fuq Newsbook.com.mt fil-ħin li ġej.