Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) ħarġet sejħa għall-parteċipanti f’riċerka biex tifhem iktar is-sitwazzjoni tal-impjiegi u l-persuni b’diżabilità f’Malta.

Ir-riċerka se ssir fost individwi li huma preżentament impjegati kif ukoll dawk li qegħdin bla xogħol. Din ir-riċerka tagħmel parti mill-proġett ESF 2.63 Għarfien, Taħriġ, Komunikazzjoni u Miżuri ta’ Sapport għal Gruppi Vulnerabbli, liema proġett hu ko-finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew tal-Unjoni Ewropea.

Dan l-istudju jkopri diversi temi rigward l-impjieg. Dawn jinkludu it-tipi ta’ xogħol li persuni b’diżabilita’ għandhom, it-tipi ta’ impjiegi li dawk li qed ifittxu impjieg huma interessati fihom, u r- raġunijiet għalfejn ċertu persuni b’diżabilita’ m’humiex qiegħdin ifittxu impjieg.

Ir-riċerka ser issir permezz ta’ intervista wiċċ imb’wiċċ ma’ rappreżentant awtoriżżat. L-informazzjoni li tingħata matul is-survey tibqa’ anonima.

Is-CRPD ikkummissjonat lil Ernst and Young (EY) biex jagħmlu din ir-riċerka. Dawk interessati li jipparteċipaw huma mitluba li jikkonfermaw il-parteċipażżjoni tagħhom f’ din ir-riċerka importanti billi jikkuntattjaw lil Anselmo Bugeja (EY) fuq 9947 6526 / 2347 1219 jew anselmo.bugeja@mt.ey.com

L-informazzjoni li se toħrog minn dan l-istudju hija importanti għalina biex ngħinu nies b’diżabilita’ iffitxu u jżommu x-xogħol.

Iktar tagħrif fuq dan l-istudju jinsab fuq is-sit elettroniku crpd.org.mt/mt/ricerka jew inkella ikkuntattja lil Allison Zammit fuq 2226 7600 jew allison.zammit@crpd.org.mt