Ritratt: Jeremy Dimech Photography
Wara s-suċċess tas-sena l-oħra l-Kummissjoni Żgħażagħ Fontana se tippreżenta spettaklu oriġinali l-ewwel ta’ dan it-tip fil-gżira Għawdxija bi Brass Ensemble taħt id-direzzjoni tal- Mro. Mark Gauci bl-isem ta’ Il Cuore Che Brilla GOES Orchestra bis-sehem ta’ Dj Remii, Brass Ensemble, Antonella Rapa u Ryan Spiteri. Dan l-ispettaklu se jsir fl-14 ta’ Ġunju.
Il-programm hu mqassam hekk:
9:30pm: Il-Banda Ite Ad Joseph tal-Qala tibda marċ minn Triq Għajn Tuta għal quddiem iz-zuntier minn fejn takkumpanja d-dimostrazzjoni bl-istatwa tal-Qalb ta’ Ġesù mat-toroq tal-parroċċa bi briju organizzat mill-Kummissjoni Żgħażagħ Fontana.

12:00am: Wasla tal-istatwa tad-demostrazzjoni quddiem il-pedestall tagħha u tlugħ.

12:05am: Eżatt wara t-tlugħ tal-istatwa fuq il-pedestal tittella’ t-tieni edizzjoni ta’ Il Cuore Che Brilla, spettaklu ta’ nar u fjammi sinkronizzati mal-mużika bl-isem ta’ Il Cuore Che Brilla Goes Orchestra organizzat mill-Kummissjoni Żgħażagħ Fontana. Għall-ewwel darba s-sinkronizzar se jiġi sinkronizzat mal-mużika live ta’ Dj Remii u Brass Ensemble taħt id-direzzjoni tal-Maestro Mark Gauci. In-nar kollu se jinħaraq bis-sistema FireTek. Tindaqq id-diska l-ġdida ‘Aħna ż-żgħażagħ Fontanin’ kantata minn Antonella Rapa.

12:15am: After-party minn Ryan Spiteri.