Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, mistoqsi mill-ġurnalisti huwa u dieħel għal-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv reġa’ tenna li mhuwiex se jitlob vot ta’ fiduċja mill-istrutturi tal-PN wara r-riżultat negattiv tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u fl-elezzjoni tal-kunsilli lokali.

Huwa qal li mhuwiex beħsiebu jieħu l-parir tal-eks Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi li għamel l-istess proposta.

Meta mistoqsi mill-ġurnalisti dwar jekk il-pożizzjoni tiegħu għadhiex tenibbli wara r-riżultati tal-bieraħ, Delia qal li ma jaħsibx li l-pożizzjoni tiegħu m’għadhiex tenibbli, iżda qal li din mhijiex għażla tiegħu, iżda taqa’ f’idejn id-diversi strutturi tal-Partit Nazzjonalista.

Illum il-PN jiddeċiedi min għandu jieħdu post Stellini; “Għandu jkun Għawdxi” – Said

Illum il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista qed jiltaqa’ sabiex jiddeċiedi min għandu jieħu s-siġġu ta’ David Stellini li rriżenja mill-Parlament aktar kmieni din il-ġimgħa.

Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Chris Said kiteb pubblikament li jemmen li s-siġġu għandu jimtela minn Għawdxi. Huwa għadda l-messaġġ lil dawk fl-Eżekuttiv li Kevin Cutajar, li kien ikkontesta l-aħħar elezzjoni mal-PN u din il-ġimgħa ġie elett fil-kunsill tax-Xagħra, jixraqlu jieħu s-siġġu parlamentari.

Dwar ir-riżultati tal-elezzjoni tal-kunsilli lokali, Delia qal li llum dawn jiġu diskussi fil-qosor peress li fuq l-aġenda tiegħu, il-Kumitat Eżekuttiv dejjem ikollu l-qagħda politika, iżda peress li r-riżultati għadhom mhumiex definiti, mhumiex se jiġu diskussi fit-tul. La jkun hemm rapport sħiħ numeriku, skont id-distrett u l-lokalità, dwar ir-riżultati, il-PN għandu janalizza r-riżultati.

Filmati: 47 lokalità jintrebħu mill-PL; 19 mill-PN; 2 indeċiżi

Matul dawn it-tlett ijiem ta’ għadd tal-voti, 47 kunsill lokali ntrebaħ mill-PL, filwaqt li 19 intrebħu mill-PN. Intant, hemm żewġ kunsilli lokali li għadhom iridu jiġu deċiżi. Dan ifisser li kien hemm total ta’ 268 kunsillier elett mill-Partit Laburista, 192 mill-Partit Nazzjonalista u erbgħa independenti.